Fast Trak

L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, b’kollaborazzjoni mal-Malta Employers’ Association (MEA) u mal-General Retailers and Traders Union (GRTU), ser torganizza taħriġ prattiku dwar kif negozjanti jistgħu itejbu l-preżenza tagħhom onlajn sabiex isaħħu u jespandu n-negozju tagħhom. Permezz ta’ dan il-proġett, ‘Fast Trak’, l-MCA ser tkun qed toffri sessjonijiet tat-taħriġ bla ħlas għan-negozji ż-żgħar u medji li jaħdmu fis-settur tar-Retail. It-taħriġ ser jiffoka fuq numru ta’ suġġetti, inkluż l-użu tal-midja soċjali u kif dan jista’ jgħinhom jinfluwenzaw l-mod ta’ kif jixtru il-konsumaturi. L-għan ta’ dan it-taħriġ huwa li jiggwida lill-parteċipanti sabiex jagħrfu jegħlbu l-ostakli li jżommuhom milli jużaw l-għodod  diġitali b’mod għaqli, sabiex fl-aħħar mill-aħħar, jattiraw iktar konsumaturi lejn in-negozju tagħhom.

Iktar dettalji fuq dan it-taħriġ ser jiġi provdut dalwaqt.

Jekk inti interessat li tattendi, irreġistra mal-MCA billi tibgħat imejl lil ecommerce@mca.org.mt jew ċempel fuq 21336840.