Televizjoni

Tipi differenti ta’ servizzi tat-Televiżjoni li tista’ tagħżel minnhom

Xandir terrestri (Terrestrial broadcasting)
Din is-sistema hija magħrufa wkoll bħala televiżjoni ‘over-the-air’. Hija tuża netwerk li jittrażmetti sinjali ta’ tip wireless li jiġu riċevuti permezz ta’ aerial normali ta’ fuq il-bejt.

Ix-xandir terrestri jiġi trażmess biss f’format diġitali.
  • TELEVIŻJONI TERRESTRI DIĠITALI – ‘free-to-air’. Biex tara l-istazzjonijiet ‘free-to-air’ Maltin, għandek bżonn aerial UHF u set-top box (STB) diġitali jew TV diġitali. Għal aktar informazzjoni dwar is-servizzi tat-televiżjoni ‘free-to-air’, ara t-taqsima Mistoqsijiet li Jsiru ta' Spiss.
     
  • TELEVIŻJONI TERRESTRI DIĠITALI – servizzi Pay TV. Apparti aerial ta’ fuq il-bejt u set-top box għandek bżonn ukoll smart card (li tiddaħħal fis-set-top box) biex tara stazzjonijiet li mhumiex ‘free-to-air’. Meta tabbona għal servizz tat-TV tkun tista’ tara stazzjonijiet oħra apparti dawk ‘free-to-air’, u tkun tista’ tuża wkoll il-gwida elettronika tal-programmi. Barra minn hekk, tista’ tibbenefika wkoll minn stazzjonijiet High-definition (HD) u minn funzjonijiet interattivi. L-abbonament għal dawn il-funzjonijiet huwa soġġett għal spejjeż addizzjonali, apparti dawk li s-soltu tħallas għall-abbonament tal-pakkett tiegħek.
     
Xandir bil-Cable
Dan jiġi trażmess permezz ta’ netwerk tal-cable konness mal-post; għalhekk, mhuwiex meħtieġ aerial.

Ix-xandir bil-cable jista’ jkun kemm ta’ tip analogue, kif ukoll ta’ tip diġitali:
  • CABLE ANALOGUE – servizzi PAY TV. Dawn huma servizzi li jiġu trażmessi f’format analogue u li huma kkonnettjati man-netwerk tal-cable. Dan l-abbonament ma jeħtieġx l-installazzjoni ta’ set-top box.
     
  • TELEVIŻJONI CABLE DIGITAL – servizzi Pay TV. Dawn huma servizzi li jiġu trażmessi f’format diġitali, li għalihom ikollok bżonn tqabbad set-top box tal-cable diġitali mat-TV tiegħek u man-netwerk tal-cable. L-abbonament għal servizz tat-TV Cable Digital huwa soġġett għal ħlas, skont il-pakkett tat-TV li tkun abbonajt għalih. Meta mqabbla mal-cable TV analogu, il-pakketti tat-TV tal-cable diġitali joffru aktar stazzjonijiet, kwalità ta’ stampa aħjar, stereo sound ta’ livell ogħla u l-possibbiltà li tuża l-gwida elettronika tal-programmi. Barra minn hekk, tista’ tibbenefika wkoll minn stazzjonijiet High-definition (HD) u minn funzjonijiet interattivi. L-abbonament għal dawn il-funzjonijiet huwa soġġett għal spejjeż addizzjonali, apparti dawk li s-soltu tħallas għall-abbonament tal-pakkett tiegħek.
     
Xandir bis-Satellita
Dan jiġi trażmess permezz ta’ satellita għall-komunikazzjoni u jiġi riċevut permezz ta’ antenna esterna li s-soltu tissejjaħ satellite dish.

Ix-xandir bis-satellita jiġi trażmess f’format diġitali. Biex tara l-istazzjonijiet ‘free-to-air’ li jiġu trażmessi permezz tas-satellita għandek bżonn satellite dish u satellite receiver, li normalment ikun fil-forma ta’ set-top box.

Għal aktar informazzjoni dwar is-servizzi tat-televiżjoni, ara t-taqsimiet Pariri Għall-Konsumaturi u Mistoqsijiet li Jsiru ta' Spiss.

Rate the Page

Was this page useful?