Assistenza għall-Konsumaturi
Jekk għandek xi problema dwar xi servizzi li tirregola l-Awtorità, l-ewwel li m’għandek tagħmel hu li tikkuntatja lill-operatur li qiegħed joffrilek is-servizz. Jekk, wara li tkun ressaqt l-ilment tiegħek mal-operatur li int abbonat miegħu u tkun ħallejt biżżejjed żmien jgħaddi biex l-ilment tiegħek ikun jista’ jiġi indirizzat, inti xorta ma tkunx sodisfatt/a bil-mod li bih l-operatur ikun indirizza l-ilment tiegħek, aħna nistgħu nkunu f’pożizzjoni li ngħinuk. Jista’ jkun li mhux dejjem ikollna s-setgħa legali li niddeterminaw jekk l-ilment tiegħek huwiex ġustifikat jew le, jew li nimponu soluzzjoni, iżda nistgħu naġixxu bħala medjatur bejnek u bejn l-operaturtiegħek biex ngħinuk tikseb riżoluzzjoni sodisfaċenti. Inti tista’ tressaq l-ilment tiegħek mal-MCA billi timla l-Formola tal-Ilmenti.
Il-punt sa fejn nistgħu nieħdu azzjoni fir-rigward tal-ilment tiegħekjiddependi fuq il-karatteristiċi partikolari tal-ilment, u fuq is-setgħat legali relevanti tal-MCA. Jekk l-ilment jinvolvi kwistjonijiet li għandhom impatt regolatorju dirett, bħal ksur ta’ obbligu regolatorju skont il-liġi li l-MCA għandha s-setgħa li tinforza, l-MCA tista’ tintervjeni b’mod dirett u tinforza d-dispożizzjoni/jiet legali kif meħtieġ. F’każijiet fejn l-MCA ma tkunx tista’ tinforza deċiżjoni minħabba li l-kwistjo
ni ma tkunx irregolata taħt liġi amministrata mill-Awtorità, l-MCA tissuġġerixxi tip ieħor ta’ azzjoni billi tirreferik lill-aktar forum xieraq biex tiġi indirizzata l-kwistjoni.
Tista’ tikkuntatjana wkoll jekk għandek xi mistoqsijiet dwar is-servizzi li nirregolaw billi timla l-Formola għall-Mistoqsijiet jew tibgħatilna fuq l-imejl customercare@mca.org.mt.