Telefonija Fissa
Telefonija Fissa
Tipi differenti ta’ servizzi ta’ Telefonija Fissa li tista’ tagħżel minnhom.
Public Switched Telephony Network (PSTN) |
Dan huwa netwerk tat-telefon li permezz tiegħu l-fornituri tas-servizzi tat-telefonija jgħaddu t-telefonati kollha minn fuq netwerk mibni b’mod speċifiku bl-użu tat-teknoloġija tal-iswitching. Dan jirreferi għas-‘sistema l-qadima’ tat-telefon li tintuża għall-iskambju tat-telefonati. |
Voice over internet protocol (VoIP) |
Din hija teknoloġija li permezz tagħha t-telefonati jiġu mgħoddija minn fuq l-Internet jew permezz ta’ kwalunkwe netwerk ibbażat fuq Protokoll tal-Internet, minflok jiġu mgħoddija mill-PSTN. Mill-perspettiva tal-konsumatur, għandu jiġi nnutat li d-differenza prinċipali bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ servizzi ta’ telefonija hija li s-servizzi VoIP jeħtieġu provvista tal-elettriku u konnessjoni tal-Internet biex jaħdmu, filwaqt li l-PSTN le. Dan ifisser li fil-każ ta’ servizz VoIP, jekk għal xi raġuni tinqata’ l-provvista tal-elettriku jkollok bżonn batterija ta’ emerġenza jew uninterruptible power supply (UPS) biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz. Dan japplika wkoll għall-klijenti li jużaw cordless telephones, minħabba li dawn it-tipi ta’ telefon jeħtieġu wkoll provvista ta’ enerġija elettrika biex jiċċarġjaw il-batteriji tagħhom u biex joperaw. |