Taħriġ lill-impjegati fis-settur tat-Turiżmu
L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), flimkien mall-Fondazzjoni eSkills, Data Protection u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u Ristoranti, ingħaqdu flimkien sabiex joffru taħriġ b’xejn lill-impjegati nvoluti fil-qasam tal-ospitalità. Dan it-taħriġ huwa mmirat fost-impjegati tal-lukandi, li b’mod jew ieħor huma nvoluti fl-livell ta’supervizzjoni jew ftit il-fuq. Kultant niltaqgħ ma nies li soltu jaħarbu mill-użu ta’ċertu teknoloġiji u li bla dubju ta’ xejn, iżommu lill-persuna li tkun tista’ timxi l-quddiem fil-karriera tagħha. Dan minn-naħa l-oħra, jista’ jkun ta’ żvantaġġ meta tħares lejh mill-lenti ta’ kompetizzjoni, meta tqis kemm illum il-ġurnata, it-teknoloġija tilgħab parti mportanti f’kull qasam tax-xogħol.
L-MCA ser tkun qed toffri Kors B tal-Proġett Enter – L-Internet fuq ix-xogħol, bi ftit differenza. Il-kors ser jitqassam fuq sitt lezzjonijiet, ta’ sagħtejn il-waħda, b’lezzjoni waħda darba fil-ġimgħa. Lezzjoni minnhom ser tkun dedikata fuq il-ħarsien tad-data, imfassla fuq dak li jistgħu jiltaqgħu miegħu dak li ser jattendu għall-kors.
Fil-qosor, dan il-kors bażiku fuq it-teknologija tal-informazzjoni, ser tagħti lil dawk li jattendu għalih, biżżejjed taħriġ sabiex huma mbagħad, waħedhom, ikollhom kunfidenza bizzejjed sabiex ikomplu jiskopru it-teknoloġiji li jistgħu jiltaqgħu magħhom
Mistoqsijiet li jsiru ta' spiss
Closing On: Friday 30th December 2016