Taħriġ fuq l-ICT għall-individwi li qegħdin isegwu l-programm tar-rijabilitazzjoni fil-Komunità ta’ Santa Marija
Dan il-proġett ikompli jibni fuq is-suċċess tal-proġett ENTER. L-għan huwa li jingħata taħriġ lill-persuni vulnerabbli li waqgħu vittmi tal-vizzju tad-droga fl-ICT sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol. Dan kien taħrig maqsum f’żewġ livelli, dak bażiku u dak avvanzat, fejn l-istudenti setgħu jipprattikaw dak li jitgħallmu. Il-kors ġie offrut lir-residenti tal-Komunità Dar Santa Marija bejn Jannar u Mejju 2017.
L-MCA għamlet ukoll donazzjoni ta’ laptop lil din il-komunità sabiex tkompli tindirizza l-firda diġitali b’mod effettiv.
Closing On: Wednesday 31st May 2017