Il-Ġimgħa tal-Coding (Hour of Code)
L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) u d-Dipartiment tal-eLearning fil-MEDE kkollaboraw sabiex tiġi mnieda din l-inizzjazzjoni nazzjonali bħala parti mill-‘Hour of Code’; inizjattiva globali bl-għan li xxerred il-coding fost it-tfal tal-iskola.
L-iskola primarja ta’ Santa Klara f’Pembroke organizzat din l-attività għall-istudenti tagħha, li qattgħu nofstanhar jipparteċipaw f’attivitajiet differenti tal-coding. Dawn jinkludu l-programming tar-robots u l-kitba ta’ programmi qosra. Madwar erbgħin skejjel oħra, li flimkien jagħmlu bejn wieħed u ieħor sitt elef student, ukoll se jkunu qed jorganizzaw dawn l-attivitajiet tal-coding għall-istudenti rispettivi tagħhom.
L-Onor. Dr M. Mallia kien preżenti għal din l-attività tal-coding fl-iskola primarja ta’ Santa’ Klara.
Din l-attività tal-coding kienet approvata wkoll mill-Membri Parlamentari tal-EU Dr Miriam Dalli u Dr Roberta Metsola, li fix-xhur li għaddew żaru l-MCA uffiċjalment. Waqt dawn iż-żjarat, iż-żewġ MEPs faħħru l-isforzi li għamlet l-MCA sabiex tippromwovi l-coding fost it-tfal tal-iskola, u sostnew din l-inizjattiva billi bagħtu messaġġi rrekordjati jfaħħru din l-attività u jħeġġu lill-istudenti sabiex jipparteċipaw f’iktar attivitajiet simili.
Closing On: Friday 2nd December 2016