GetSmarter
L-applikazzjonijiet issa huma magħluqa.
Bħalissa qegħdin nipproċessaw l-applikazzjonijiet kollha li rċevejna. L-applikanti dalwaqt se jiġu kkuntattjati.
L-Awtoritá ta’ Malta dwar il-Kommunikazzjoni, bil-kollaborazzjoni mat-tlett operaturi tat-telefonija f’Malta (Go, Melita u Vodafone) qed iniedu proġett ġdid bl-isem ta’ GetSmarter.
Skond l-indiċi tad-Desi, kif maħruġa fil-2016, "Malta għandha bżonn ittejjeb il-pożizzjoni tagħha fil-qasam tal-mowbajl. Minkejja li s-servizzi 4G huma disponibbli għall-tliet kwarti tal-popolazzjoni; l-adozzjoni tal-broadband huwa taħt il-medja tal-Unjoni Ewropea. "
Konsegwentement, GetSmarter se joffri sessjonijiet ta' introduzzjoni b'xejn dwar l-użu ta' smartphones u mobile data. Dawn is-sessjonijiet se jsiru fiċ-ċentri tas-soltu li offruti mill-MCA, magħrufa aħjar bħala CTLCs. (Lista dettaljata hawn taħt)
L-applikanti se jattendu żewġ sessjonijiet ta' sagħtejn il-waħda u għandhom jiġu allokati fi klassijiet skont l-operatur li huma abbinati miegħu.
Dawn is-sessjonijiet huma miftuħa għal kulħadd u huma bla ħlas. Jekk inti diġà għandek smartphone, inti mistieden biex iġġibu miegħek għal dawn is-sessjonijiet. Jekk inti ma għandekx smartphone, inti tista' tieħu din l-opportunità sabiex titgħallem dwaru, qabel ma tixtri wieħed. Dan għaliex ser inkunu qiegħdin nipprovdu smartphone għal dawk l-individwi li m’għandhomx wieħed tagħhom personali, għat-tul tal-kors biss.
Dawn is-sessjonijiet ser jiġu offruti kemm filgħodu kif ukoll wara nofsinhar.
Il-kontenut tas-sessjonijiet jinkludi:
- Introduzzjoni dwar l-ismartphones
- Kif tuża l-ismartphone tiegħek
- Kif iċċempel u żżid kuntatti fl-ismartphone tiegħek
- Kif tuża l-kamera u tibgħat ritratti
- Differenza bejn Wifi u 3G / 4G
- Data Settings
- X'inhuma play store / app store
- Kif tniżżel l-apps u aktar!
Lista taċ-Ċentri:
- Kunsill Lokali Birkirkara
- Kunsill lokali Pembroke
- Kunsill lokali Żebbuġ
- Kunsill lokali Għajnsielem
- Kunsill Nazzjonali tan-Nisa – Blata l-Bajda
- Inspire Bulebel
- Ċentru NGO Għawdex – Xewkija
- Aċċess – Birgu
Mistoqsijiet li jsiru ta' spiss
Min jista' japplika għal dawn is-sessjonijiet?
Kull min għandu Karta tal-Identità Maltija, jista' japplika għal dawn is-sessjonijiet. Jekk inti ma għandekx Karta tal-Identita Maltija, inti tista’ tipprovdi kopja tal-Permess ta' Residenza tiegħek.
Kif nista' napplika?
Inti tista' tapplika billi timla l-formola ta' applikazzjoni onlajn sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 1 ta’ Marzu 2017, jew billi ċċempel fuq 2125 5495 u rreġistra bit-telefon.
Nista' napplika għal aktar minn sessjoni waħda?
Le, dan sabiex tingħata opportunità ġusta u ugwali lil kulħadd kemm jista' jkun, kull Karta tal-Identità Maltija hija valida għall-applikazzjoni waħda.
Jien m’għandix smartphone, nista' napplika xorta?
Iva, jekk inti għandek smartphone, tista’ ġġiebu miegħek għal waqt il-lezzjoni sabiex titgħallem fuqu. Jekk inti m’għandekx, aħna ser inkunu qiegħdin nipprovdulek smartphone għat-tul tas-sessjonijiet.
X'jiġri wara Ii napplika? Kif inkun naf li ġejt aċċetat/a?
L-MCA tipproċessa l-applikazzjoni tiegħek mal-ewwel u ċ-ċentru tal-għażla tiegħek jagħmel kuntatt miegħek bid-dettalji tal-ħin u d-data tas-sessjonijiet tiegħek. L-applikazzjonijiet se jiġu pproċessati fuq bażi ta' first come first serve.
Fejn u meta ser isiru dawn is-sessjonijiet?
Is-sessjonijiet ser isiru għand diversi NGOs u Kunsilli Lokali f'Malta u Għawdex. Il-lista sħiħa tinstab hawn taħt. Inti mitlub li tagħżel ċentru wieħed u tinkludi l-għażla tiegħek fl-applikazzjoni. Is-sessjonijiet ser jibdew f’Marzu 2017.
Fejn nista' nirrikorri għal iktar għajnuna?
Tista' ċċempel l-MCA fuq 2125 5495 mit-Tnejn sal-Ħamis bejn 09:00am-04:00pm u l-Ġimgħa bejn 09:00am-02:00pm.