Il-Mandat tal-MIGF
Ir-responsabbiltajiet u l-mandat tal-MIGF għandhom ikunu mfasslin fuq il-mandat tal-Forum tal-Governanza tal-Internet (IGF). L-irwol ta’ dan huwa li jagħti appoġġ lis-Segretarju Ġeneral tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex dan ikun jista’ jaqdi l-mandat mogħti lilu fil- WSIS li jlaqqa’ forum ġdid ta’ partijiet interessati varji fi djalogu fuq policy.
Ir-responsabbiltajiet prinċipalital-MIGF huma:
- Li jiddiskuti kwistjonijiet marbutin mal-policy pubblika relatatimal-elementi priċipalital-governanza tal-Internet, bl-għan li jitrawmus-sostenibbiltà, ir-robustezza, is-sigurtà, l-istabbiltà u l-iżvilupp tal-Internet;
- Li jiffaċilitad-diskors bejn partijiet differentinvoluti f’diversi policies pubbliċi trasversali fir-rigward tal-Internet, u jiddiskuti punti li ma jaqgħux taħt il-mandat ta’ partijiet eżistenti;
- Li jżomm kuntatt ma’ organizzazzjonijiet inter-governattivi u istituzzjonijiet oħra fuq is-suġġetti li jirrigwardja lilu;
- Li jiffaċilita t-transpożizzjoni tal-informazzjoni u tal-aqwa prattiċi waqt li jieħu vantaġġ mill-kompetenza tal-komunitajiet akkademiċi, xjentifiċi, u tekniċi.
- Li jagħtiparir lill-partijiet interessati sabiex jipproponu modi u mezzi li jtejbu d-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-Internet;
- Li jsaħħaħ u jtejjeb l-impenn tal-partijijet interessatifil-mekkaniżmi tal-governanza tal-Internet kemm eżistenti kif ukoll dawk futuri;
- Li jidentifika il-kwistjonijiet li għadhom qed jimmaterjalizzawujiġbedl-attenzjoni tal-partijiet rilevanti u tal-pubbliku ġenerali fuqhom, u fejn japplika, jagħmel rakkomandazzjonijiet;
- Li jappoġġja l-iżvilupp tal-kapaċitajiet umani fil-qasam tal-governanza tal-Internet billi jużabis-sħiħ ir-riżorsi umani u l-għarfien lokali;
- Li jippromwovi u jevalwa kontinwament il-prinċipji tal-proċessi tal-governanza tal-Internet tal-WSIS;
- Li jiddiskuti, fost l-oħrajn, punti relatati mar-riżorsi tal-Internet li huma kritiċi;
- Li jgħin sabiex jinstabu soluzzjonijiet fuq kwistjonijiet li jqajjem l-użu u l-abbuż tal-Internet, li partikolarment jikkonċernaw l-utenti tal-Internet, u;
- Li jippubblika l-informazzjoni.