Ħlasijiet mitluba wara t-terminazzjoni tas-servizz

John huwa abbonat għall-pakkett li jinkludi s-servizzi tat-televiżjoni, Internet u telefonija fissa. John innota li l-kuntratt tiegħu ta’ sentejn kien wasal biex jiskadi u xtaq jittermina s-servizz.

Huwa kkuntattja lill-operatur tiegħu sabiex jistaqsi x’għandu jagħmel sabiex ikun jista’ jittermina s-servizz. L-operatur irreferih għat-termini u kundizzjonijiet tal-kuntratt tiegħu għall-parti ta’ kif wieħed għandu jipproċedi f’każ li jkun jixtieq jittermina s-servizz.

Wara li għamel dan, John bagħat ittra tat-terminazzjoni ffirmata lill-operatur tiegħu fejn infurmah li jixtieq jittermina s-servizzi kif stipulat fil-kuntratt tiegħu. Wara ftit jiem, huwa rċieva ittra mingħand l-operatur tiegħu fejn l-operatur infurmah li irċieva l-ittra tat-terminazzjoni tiegħu u stabbilixxew appuntament sabiex ikun jista’ jinġabar l-apparat.

John induna li wara li għadda l-perjodu tan-notika, is-servizzi kienu għadhom attivi u l-operatur kien għadu ma ġabarx l-apparat. Barra minn hekk, ftit jiem wara, John irċieva kont għax-xahar ta' wara.

John ikkuntattja lill-operatur tiegħu biex jilmenta dwar din il-kwistjoni. L-operatur infurmah li s-servizzi se jtterminati x-xahar ta’ wara minħabba l-fatt li l-apparat ma inġabarx. Barra minn hekk, l-operatur infurmaukoll li jrid iħallas l-kont li rċieva. John ilmenta li kien bagħat ittra fejn talab biex is-servizzi jiġu terminati minn qabel u ilmenta wkoll li l-avviż kien skada.

Għalkemm John ikkuntattja lill-operatur tiegħu diversi drabi, l-ilment tiegħu ma kienx indirizzat mill-operatur tiegħu. Minħabba f’hekk, John iddeċieda li jirreferi l-każ tiegħu lill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA). John mela l-formola tal-ilmenti tal-MCA. L-Awtorità talbet kopja tal-ittra tat-terminazzjoni li hu kien bagħat lill-operatur tiegħu, u kopja tal-kontijiet inkoretti li rċieva.

Wara li John ipprovda l-informazzjoni mitluba, l-Awtorità kkuntattjat lill-operatur sabiex jinvestiga l-ilment ta’ John. L-Awtorità infurmat lill-operatur li mill-informazzjoni li għandha f’idejha, it-talba tat-terminazzjoni ntbagħtet minn qabel, madankollu John xorta intaleb biex iħallas għal servizz wara li għaddew  minkejja li segwa l-proċedura tat-terminazzjoni.

L-operatur irrikonoxxa li John segwa l-proċedura tat-terminazzjoni. Għalhekk, appuntament ieħor ġie stabbilit mill-operatur tiegħu sabiex jinġabar l-apparat. Barra minn hekk, l-operatur informa lil John biex ma jħallasx ħlasijiet maħruġa inkoretti. L-MCA ikkuntattjat lil John biex tinfurmah dwar l-eżitu tal-każ tiegħu.

Aktar informazzjoni dwar it-terminazzjoni tas-servizz hija disponibbli fuq il-websajt tal-MCA taħt is-sezzjoni tal-Mistoqsijiet li Jsiru ta’ Spiss.

 


Rate the Page

Was this page useful?