WebCheck għall-Kunsilli Lokali
L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali (DLG), qed tniedi l-proġett ‘WebCheck għall-Kunsilli Lokali’.
Fl-ewwel fażi tal-proġett, inħarġet direttiva mid-Dipartiment lill-Kunsilli Lokali kollha, bl-għan li jiġi vvalutat il-livell sa fejn il-kunsilli lokali qegħdin jagħmlu użu mill-għodod tal-midja soċjali fi ħdan l-operat tagħhom.
Bħala riżultat ta’ dan, l-MCA issa qed tipprovdi lil dawn il-kunsilli lokali l-kompetenza esperta meħtieġa biex tiġi implimentata aħjar id-direttiva, kif ukoll kif jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-internet, u d-diversi pjattaformi ta’ midja soċjali diġitali, sabiex jiġu evalwati l-opportunitajiet għat-tkabbir, is-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tax-xogħol tagħhom.
Ġie organizzat seminar taħt id-direzzjoni ta’ Kristel Jo Bishop, konsulent u lekċerer tan-negozju u tal-kummerċjalizzazzjoni diġitali. Bishop ilha taħdem fil-qasam tal-internet mill-2000 u ilha involuta f’varjetà wiesgħa ta’ proġetti e-marketing u e-business. Fl-2006 bdiet tagħti lekċers f’diversi korsijiet fl- e-marketing u fl-e-strategy fl-Università ta’ Malta.
Closing On: Wednesday 30th November 2016