WebCheck għall-Każini tal-Baned
L-għan tal-proġett WebCheck huwa li jgħin lill-każini tal-baned japprezzaw il-benefiċċji li jġibu magħhom l-għodod tal-midja soċjali u li wieħed jistabilixxi u jżomm preżenza b’saħħitha onlajn. Il-proġett ser jgħinhom jidentifikaw u jiżviluppaw pjanijiet dwar kif jistgħu jsaħħu l-preżenza tagħhom onlajn. Barraminnhekk, il-proġett ser ikun qed jiżviluppa sett ta’ linji gwida li l-każini tal-baned jistgħu jsegwu sabiex jiżguraw li jkunu qed jużaw l-għodod diġitali b’mod etiku.