WiFi hotspots b’xejn
Il-MCA, f’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħrajn, taħdem għall-iżvilupp ta’ servizzi ta’ WiFi b’xejn f’għadd ta’ postijiet f’Malta u f’Għawdex. Il-proġett huwa maħsub biex jippromwovi l-użu tal-internet permezz ta’ apparat mobbli.
Il-proġett tal-WiFi jinvolvi t-twaqqif ta’ apparat, magħruf bħala points, li jxandar WiFi b’xejn f’postijiet frekwentati min-nies. Il-proġett huwa maħsub biex jippromwovi l-użu tal-internet permezz ta’ apparat portabbli bħal laptops, tablets u mowbajls ‘il bogħod mid-dar jew minn fuq l-iskrivanija tal-uffiċċju.
Il-points tal-WIFI jippermettu lil min ikun f’dawn il-postijiet pubbliċi biex jaqbad mal-internet fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata. Il-points kollha huma ffiltrati sabiex kontenut illegali u mhux xieraq ma jgħaddix, biex b’hekk jipprovdu ambjent tal-internet aktar sikur, partikolarment għall-minorenni.
Illum, l-aċċess għat-Teknoloġija tal-Komunikazjoni permezz tal-Informatika (ICT) huwa importanti daqs l-aċċess għal bżonnijiet bażiċi bħall-ilma u l-elettriku. L-ICT llum m’għadhiex sempliċiment xi ħaġa li tilgħab biha, iżda pjuttost għodda indispensabbli għal finijiet ta’ tagħlim, xogħol u komunikazzjoni.
Il-proġett Malta Free WiFi tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA)
Il-MCA Malta FreeWifi jipprovdi mappa li turi ż-żoni kollha tal-WiFi b’xejn li huma disponibbli f’lokalitajiet mifruxa madwar il-Gżejjer Maltin. Aspetti oħra tal-Applikazzjoni (App) huma:
- VIĊIN (NEAR)— jekk il-post fejn tkun qiegħed int huwa disponibbli għas-sistema (permezz tal-GPS tiegħek stess), fuq l-apparat mobbli tiegħek tidher stampa tal-eqreb hotspots, inklużi aġġornamenti, kull meta tiċċaqlaq minn fejn tkun, tad-direzzjoni u d-distanza li għandek għal kull hotspot. Jekk il-lokalizzazzjoni tiegħek ma tkunx disponibbli, jidhru l-hotspots kollha f’lista.
- MAPPA (MAP VIEW) — din turik il-hotspots kollha tal-WiFi mmarkati fuq il-mappa tal-Google. Il-lokalizzazzjoni attwali tiegħek, jekk tkun disponibbli, tidher bħala tikka blu fuq din il-mappa. Tista’ tinkiseb iktar informazzjoni billi tagħfas jew tmiss it-tikka li timmarka il-hotspot relattiva.
- Rappurtar tal-ħsara (Fault Reporting)— mill-istess APP, tista’ tirraporta ħsarat permezz tal-posta elettronika (e-mail).
- AĠĠORNAR (UPDATABILITY) — aġġornamenti jitwettqu awtomatikament fl-isfond ta’ dak li jkun jidher, u int tkun tista’ tara x’aġġornamenti ġodda hemm fi kwalunkwe ħin.
Din l-Applikazzjoni (App) għandha l-għan li jinstabu iktar minn 260 hotspots tal-WiFi installati madwar il-Gżejjer Maltin b’xejn b’mod faċli. L-App turi wkoll l-eqreb hotspot għal fejn ikun qiegħed dak li jkun. Din l-App tista’ titniżżel bla ħlas minn Apple Store u Google Play.
Din l-App, kemm dik għal apparat Android, kif ukoll dik għal apparat Apple hija disponibbli biex titniżżel minn hawn.
Closing On: Thursday 1st January 1970