Assistive Technology Centres
Bl-għan li jitnaqqas id-distakk bejn individwi bi bżonnijiet speċjali u t-teknoloġija, dan il-proġett ser ikun qed jimmitiga l-problemi li jiltaqgħu magħhom dawn l-individwi fejn jirrigwarda t-teknoloġija u l-ICT. Il-proġett jinvolvi l-ftuħ ta’ tliet Assistive Technology (AT) Centres ġewwa Malta u Għawdex. L-AT qed jiżviluppaw b’rata kemmxejn mgħaġġla f’dawn l-aħħar snin, u dan qed iwassal sabiex nies bi bżonnijiet speċali jgħixu ħajja aktar komda u indipendenti. Iċ-ċentri ser jintużaw sabiex isir it-taħriġ u xi sessjonijiet tal-informazzjoni dwar l-AT u sabiex il-parteċipanti jkunu jistgħu jipprovaw l-AT. Dawn ser ikunu jistgħu jiġu aċċessati minn persuni b’diżabbiltà, edukaturi, min iħaddem, u s-soċjetà inġenerali. Ser ikun provdut ukoll taħriġ fuq l-AT għall-professjonisti.