Procedura biex twassal Ilment

Bhala klijent inti ghandek id-dritt li tircievi livell baziku ghal servizz ta' kwalita minn min qed jaghtik is-servizz ta' komunikazzjoni. Jekk inti mintix sodisfatt ghal kollox bis-servizz li qed tinghata, l-ewwel haga li inti trid taghmel hu li tinforma lil min tak is-servizz dwar il-problema tieghek. Hafna drabi dan ikun jista' jirranga s-sitwazzjoni minghajr ma inti jkollok ghalfejn tressaq il-kaz tieghek aktar il quddiem.

X'ghandek taghmel meta tressaq l-ilment tieghek quddiem min tak is-servizz:

  1. Fejn hu possibli, ghamel l-ilment tieghek bil-miktub, jew permezz ta' email, u spjega x'inhi l-problema ezatt u ghid x'rimedju tixtieq.
  2. Nizzel ismek, l-indirizz postali u l-indirizz ta' l-e-mail, kif ukoll in-numri tat-telefon fejn tkun tista' tigi milhuq matul il-gurnata.
  3. Dejjem ghandek tidentifika l-isem tar-raprezentant ta' min qed jaghtik is-servizz, kif ukoll il-hin u d-dati tal-komunikazzjonijiet kollha li kellek.
  4. Dejjem zomm kopja ta' kull komunikazzjoni li tkun saret bil-miktub ma' min tak is-servizz.
  5. Staqsi li tittiehed azzjoni fi zmien specifiku

Jekk il-kaz jibqa ma giex solvut:

Jekk ma tkunx sodisfatt bir-risposta u/jew rimedju li gie offrut lilek minn min ikun tak is-servizz wara li tkun ressaqt l-ilment tieghek, l-Awtorita' tista' tkun ta' ghajnuna. Imla l-formola ta' lment u ibghata permezz ta' email lil customercare.mca@mca.org.mt jew bil-posta fl-indirizz indikat hawn taht:

L-Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni
Valletta Waterfront
Ix-Xatt ta' Pinto
Floriana FRN1913

Jekk ghandek bzonn aktar taghrif, inti mitlub tikkuntattjana fuq in-numru tat-telefon 21336840.

Kif l-MCA tiehu hsbieb l-ilment tieghek:

  • Nibghatulek ircevuta ta' l-ilment tieghek fi zmien jumejn ta' xoghol.
  • Sa fejn nistghu nippruvaw naghtuk risposta fi zmien 20 gurnata ta' xoghol.
  • Naraw li tajtna t-taghrif kollu mehtieg. Nistaqsuk biex tikkonferma li diga tkun ressaqt l-ilment ma' min ipprovdilek is-servizz.
  • Ninvestigaw il-kaz. Dan jista' jirrikjedi li nergghu nikkomunikaw mieghek u nikkomunikaw ma' min tak s-servizz.
  • Sakemm ma jkunx hemm talba specifika bil-miktub minnek jew minn min tak is-servizz, kull informazzjoni marbuta mal-kaz tieghek tkun accessibli ghall-partijiet kollha li jkunu nvoluti.

X'tista' taghmel l-MCA?

Il-mod ta' kif tista' tghinek l-MCA dwar l-ilment tieghek, jiddependi minn natura tal-kaz tieghek kif ukoll mill-poteri li l-MCA ghandha skond il-ligi. Ghalhekk, jekk l-ilment hu dwar kwistjonijiet direttament marbuta mal-qafas regolatorju, bhal xi ksur ta' obbligu taht ligi li l-MCA ghandha s-setgha li thares, hawnhekk l-MCA tkun tista' tintervjeni.
F'kaz fejn l-MCA ma tkunx tista' tintervjeni b'mod effettiv, tista' tipprova tressaq lilek u lil min tak is-servizz ghal ftehim. Jekk dan ma jirnexxiex, l-MCA tissuggerixxi mod iehor ta ' kif inti tista' tmexxi l-ilment tieghek billi tghidlek fejn tista' tmur ghal ghajnuna.

Kumpens

L-MCA m'ghandiex il-poter li tordna lil min qed jipprovdi s-servizz biex dan jaghti kumpens lil-klijent bhala rimedju fir-rigward ta' servizz li hu ma kienx sodisfatt bih. Min qed jipprovdi s-servizz jista' jiddeciedi li joffri kumpens b'mod volontarju, izda dan jista' jaghmlu jekk jidhirlu li hu xieraq.

Dan ma jfissirx li inti ma tistax tiehu kumpens minghand entitajiet ohrajn. F'hafna mill-kazijiet, jekk inti tkun taf li gejt moghti servizz li ma kienx sodisfacenti w inti ntitolat ghall-kumpens, bhala konsumatur tista' tressaq it-talba tieghek quddiem it-Tribunal ghal talbiet tal-Konsumatur. Dan it-tribunal ghandu l-poter li jiddetermina kwistjonijiet bejn il-konsumatur u n-neguzjant u jista' jaghti decizjonijiet fejn il-kumpens ma jkunx aktar minn € 3494.06 (Lm 1,500). Dan apparti li jista' jinghata kumpens sa € 232.94 (Lm 100) minhabba nkonvenjenza u nkwiet li stajt tkun garrabt.

Ghall-aktar informazzjoni tista' tikkuntatja lis-segretarjat tat-Tribunal ghal talbiet tal-Konsumatur, Nr 4, Triq iz-Zekka (Old Mint street), il-Belt Valletta CMR 02. Tista' wkoll iccempel fuq 21 239 892 jew inkella tibghat l-ilment tieghek permezz tal-websajt fuq: http://www.mcmp.gov.mt/consumer_claims_02.asp. Il-hinijiet ta' l-ufficju huma bejn 0900h u 1230h.

Jekk inti neguzjant, inti ghandek id-dritt li tmur ghall-ghajnuna quddiem it-Tribunal ghal-Talbiet Zghar, liema tribunal jista' jiddeciedi talbiet fejn il-valur mhuwiex aktar minn € 3494.06 (Lm 1,500). Dan it-Tribunal jinsab fil-Qrati tal-Gustizzja, Triq ir-Repubblika, il-belt Valletta. In-numri tat-telefon huma 2590 2601 jew 2590 2242 u l-hinijiet ta' l-ufficju huma bejn id-0900h u l-1500h.