Termini u Kundizzjonijiet tal-Ilmenti
Termini u Kundizzjonijiet tal-Ilmenti
Jien nagħti l-kunsens tiegħi sabiex l-ilment tiegħi jiġi kkunsidrat mit-Taqsima tal-Affarijiet tal-Konsumaturi u nikkonferma li:
- Informajt ruħi dwar u fhimt il-mod li bih topera t-Taqsima tal-Affarijiet tal-Konsumaturi tal-MCA u ninsab konxju dwar il-punt sa fejn l-MCA tista' tgħinni bl-ilment tiegħi.
- Nawtorizza lill-MCA sabiex tikkuntattja lill-kumpanija li qed tipprovdili s-servizz li għandi tilwima magħha u nagħtiha wkoll permess biex titlob kopji ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni relatata mal-ilment tiegħi.
- Ninsab konxju tal-fatt li l-MCA se tkun qed tagħmel użu minn data personali tiegħi, li jistgħu jinkludu wkoll informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali, sabiex tieħu ħsieb l-ilment tiegħi b’mod effettiv.
- Ninsab konxju tal-fatt li jista’ jkun hemm bżonn li jsir skambju ta' informazzjoni dwar l-ilment tiegħi ma' organizzazzjonijiet oħra.
- Ninsab konxju tal-fatt li t-Taqsima tal-Affarijiet tal-Konsumaturi tal-MCA tipproċessa l-ilmenti b’mod differenti minn dak li s-soltu jintuża mill-qrati, u li s-sistema tagħha s-soltu ma titlobx li jsiru udjenzi fil-preżenza fiżika tal-persuni kkonċernati, iżda permezz ta' korrispondenza/laqgħat.
- Ninsab konxju tal-fatt li l-MCA tista’ tagħmel użu mill-fatti ddikjarati fl-ilment tiegħi bħala eżempju ta’ meta l-affarijiet ma jmorrux kif mistenni, iżda dejjem se tirrispetta l-privatezza tiegħi u tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni personali tiegħi, bl-eċċezzjoni ta’ kif ġiet awtorizzata biex taġixxi hawn fuq għall-iskop tal-immaniġjar tal-ilment tiegħi.
- Ninsab konxju tal-fatt li d-data personali misjuba f'din il-formola hija protetta mid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 440) u tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (Regolament (UE) 2016/679) u li t-Taqsima tal-Affarijiet tal-Konsumaturi tal-MCA se tipproċessa biss din id-data għall-iskop ta' dan l-ilment u għandha timpenja ruħha li timplimenta l-miżuri xierqa bil-għan li tipproteġi l-kunfidenzjalità u l-integrità tad-data kollha pproċessata.
- Jien niċċertifika u nikkonferma li, skont l-aħjar għarfien tiegħi, l-informazzjoni mogħtija f’din il-formola hija vera, preċiża, korretta u kompluta.