GetSmarter

L-applikazzjonijiet issa huma magħluqa.

Bħalissa qegħdin nipproċessaw l-applikazzjonijiet kollha li rċevejna. L-applikanti dalwaqt se jiġu kkuntattjati.


L-Awtoritá ta’ Malta dwar il-Kommunikazzjoni, bil-kollaborazzjoni mat-tlett operaturi tat-telefonija f’Malta (Go, Melita u Vodafone) qed iniedu proġett ġdid bl-isem ta’ GetSmarter.

Skond l-indiċi tad-Desi, kif maħruġa fil-2016, "Malta għandha bżonn ittejjeb il-pożizzjoni tagħha fil-qasam tal-mowbajl. Minkejja li s-servizzi 4G huma disponibbli għall-tliet kwarti tal-popolazzjoni; l-adozzjoni tal-broadband huwa taħt il-medja tal-Unjoni Ewropea. "

Konsegwentement, GetSmarter se joffri sessjonijiet ta' introduzzjoni b'xejn dwar l-użu ta' smartphones u mobile data. Dawn is-sessjonijiet se jsiru fiċ-ċentri tas-soltu li offruti mill-MCA, magħrufa aħjar bħala CTLCs. (Lista dettaljata hawn taħt)

L-applikanti se jattendu żewġ sessjonijiet ta' sagħtejn il-waħda u għandhom jiġu allokati fi klassijiet skont l-operatur li huma abbinati miegħu.

Dawn is-sessjonijiet huma miftuħa għal kulħadd u huma bla ħlas. Jekk inti diġà għandek smartphone, inti mistieden biex iġġibu miegħek għal dawn is-sessjonijiet. Jekk inti ma għandekx smartphone, inti tista' tieħu din l-opportunità sabiex titgħallem dwaru, qabel ma tixtri wieħed. Dan għaliex ser inkunu qiegħdin nipprovdu smartphone għal dawk l-individwi li m’għandhomx wieħed tagħhom personali, għat-tul tal-kors biss.

Dawn is-sessjonijiet ser jiġu offruti kemm filgħodu kif ukoll wara nofsinhar.

Il-kontenut tas-sessjonijiet jinkludi:

  1. Introduzzjoni dwar l-ismartphones
  2. Kif tuża l-ismartphone tiegħek
  3. Kif iċċempel u żżid kuntatti fl-ismartphone tiegħek
  4. Kif tuża l-kamera u tibgħat ritratti
  5. Differenza bejn Wifi u 3G / 4G
  6. Data Settings
  7. X'inhuma play store / app store
  8. Kif tniżżel l-apps u aktar!
Lista taċ-Ċentri:
  1. Kunsill Lokali Birkirkara
  2. Kunsill lokali Pembroke
  3. Kunsill lokali Żebbuġ
  4. Kunsill lokali Għajnsielem
  5. Kunsill Nazzjonali tan-Nisa – Blata l-Bajda
  6. Inspire Bulebel
  7. Ċentru NGO Għawdex – Xewkija
  8. Aċċess – Birgu 
Mistoqsijiet li jsiru ta' spiss

Min jista' japplika għal dawn is-sessjonijiet?
Kull min għandu Karta tal-Identità Maltija, jista' japplika għal dawn is-sessjonijiet. Jekk inti ma għandekx Karta tal-Identita Maltija, inti tista’ tipprovdi kopja tal-Permess ta' Residenza tiegħek.

Kif nista' napplika?
Inti tista' tapplika billi timla l-formola ta' applikazzjoni onlajn sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 1 ta’ Marzu 2017, jew billi ċċempel fuq 2125 5495 u rreġistra bit-telefon.

Nista' napplika għal aktar minn sessjoni waħda?
Le, dan sabiex tingħata opportunità ġusta u ugwali lil kulħadd kemm jista' jkun, kull Karta tal-Identità Maltija hija valida għall-applikazzjoni waħda.

Jien m’għandix smartphone, nista' napplika xorta?
Iva, jekk inti għandek smartphone, tista’ ġġiebu miegħek għal waqt il-lezzjoni sabiex titgħallem fuqu. Jekk inti m’għandekx, aħna ser inkunu qiegħdin nipprovdulek smartphone għat-tul tas-sessjonijiet.

X'jiġri wara Ii napplika? Kif inkun naf li ġejt aċċetat/a?
L-MCA tipproċessa l-applikazzjoni tiegħek mal-ewwel u ċ-ċentru tal-għażla tiegħek jagħmel kuntatt miegħek bid-dettalji tal-ħin u d-data tas-sessjonijiet tiegħek. L-applikazzjonijiet se jiġu pproċessati fuq bażi ta' first come first serve.

Fejn u meta ser isiru dawn is-sessjonijiet?
Is-sessjonijiet ser isiru  għand diversi NGOs u Kunsilli Lokali f'Malta u Għawdex. Il-lista sħiħa tinstab hawn taħt. Inti mitlub li tagħżel ċentru wieħed u tinkludi l-għażla tiegħek fl-applikazzjoni. Is-sessjonijiet ser jibdew f’Marzu 2017.

Fejn nista' nirrikorri għal iktar għajnuna?
Tista' ċċempel l-MCA fuq 2125 5495 mit-Tnejn sal-Ħamis bejn 09:00am-04:00pm u l-Ġimgħa bejn 09:00am-02:00pm.