Applikazzjoni għal sessjonijiet ta’ tagħrif dwar ix-xiri onlajn.

It-tagħrif personali f'din il-formola huwa protett mid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, Kap. 440 tal-Liġijiet ta 'Malta u r-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data. Meta tissottometti din il-formola, inti tkun qed tagħti l-kunsens espliċitu tiegħek lill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur (‘MCCAA’) u lill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni ('MCA') biex dawn jipproċessaw it-tagħrif personali tiegħek biss għall-finijiet ta’ l-organizzazzjoni u t-twettiq ta’ dan il-proġett, li jinkludi l-immaniġġjar u l-ipproċessar ta' dan’ it-tagħrif minn terzi persuni awtorizzati mill-MCCAA u l-MCA biex jagħmlu dan f'konformità ma’ l-iskop ta’ dan il-proġett. L-MCCAA u l-MCA jintrabtu li jimplimentaw il-miżuri u s-salvagwardji kollha xierqa biex iħarsu l-kunfidenzjalità u l-integrità tat-tagħrif kollu pproċessat.