We Wish a Better World

L-MCA ssieħbet ma’ diversi entitajiet Ewropej li jagħmlu xogħol simili f’dan il-qasam f’dan il-proġett li huwa finanzjat mill-fondi tal-Erasmus+. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jqanqal interess fil-volontarjat, kemm fiż-żagħżagħ, kif ukoll fl-anzjani, sabiex jaqsmu l-ħiliet tagħhom tal-ICT mas-soċjetà ta' madwarhom.


Ser jiġu organizzati wkoll diversi skemi ta' taħriġ fil-pajjiżi kollha tal-imsieħba fil-pajjiżi stess. Il-parteċipanti ser ikunu qegħdin jiġu mgħallma ħiliet pedagoġiċi fl-ICT.

Permezz ta’ dan il-proġett, l-imsieħba ser ikunu qegħdin jiżviluppaw kurrikuli innovativi adattati apposta għal gruppi diversi tal-anzjani u taż-żagħżagħ. Dawn ser ikunu qed jiġu mgħallma matul t-taħriġ offrut bla ħlas.

Dan il-proġett ser ikun ukoll qed isaħħaħ relazzjonijiet interġenerazzjonali, billi joffri esperjenzi varji kemm liż-żagħżagħ kif ukoll lil-anzjani.

Il-mexxej ta’ dan il-proġett huwa  l-Ungeriż Dél-alföldi Teleházak Regionális Közhasznú Egyesülete filwaqt li l-imsieħba l-oħra huma:

    • Malta Communications Authority – MCA
    • Katolikus Ifjusagi es Felnottkepzesi Egyesulet – KIFE
    • Telecentre-danmark
    • Societatea Maghiara de Cultura din Transilvania - SMCT