Smart Women

Dan il-proġett ser ikun qed jiffoka fuq l-Intraprenditorja u l-Kummerċ Elettroniku fost in-nisa. L-għan tal-proġett huwa li jindirizza lil dawk in-nisa li jaspiraw li jkunu intranprendituri u jipprovdihom bl-għodda neċessarja sabiex l-ideat innovattivi tagħhom jibdluhom f’realtà. It-taħriġ ser ikun qed iżid l-għarfien u l-kompetenza ta’ intraprendituri nisa li għadhom relattiviment ġodda fid-dinja tal-kummerċ elettroniku u l-business. Il-kors ser ikun ukoll qed itejjeb il-prospettivi tal-impjieg u l-opportunitajiet tax-xogħol tal-parteċipanti. Il-proġett ġie bbażat fuq il-pjan stabbilit f’Entrepreneurship 2020, li ppropona viżjoni ġdida sabiex jappoġġja l-intraprenditorja fl-Ewropa.