Ċavetta Diġitali

Wara r-rispons pożittiv taċ-ċentri li kienu involuti fis-sessjonijiet ‘Leħen Diġitali’, is-Segretarjat Parlamentari Għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva u l-MCA, żviluppaw programm ta' taħriġ ġdid immirat lejn l-anzjani. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jżid it-take-up fl-ICT fost l-anzjani u jħeġġiġhom ikunu iktar attivi fil-qasam diġitali. Dan il-kors se jkompli fuq il-kors ‘Leħen Diġitali’ iżda fl-istess ħin ser ikun qed jiżgura li l-ħiliet bażiċi tal-ICT jiġu riveduti ħalli ma jonqosx li l-parteċipanti l-ġodda jiġu mħarrġa sew. Il-programm tat-taħriġ il-ġdid ser jinvolvi tmien sessjonijiet ta’ sagħtejn.