L-MCA eBusiness Awards

Il-premjijiet li aħna bħala MCA nagħtu għall-aqwa inizjattivi fil-qasam tan-negozju elettroniku (MCA eBusiness Awards) huma pjattaforma unika f’Malta li tlaqqa’ flimkien l-innovazzjoni fl-ICT u l-innovazzjoni fin-negozju.  L-għan aħħari ta’ dawn il-premijiet hu li jiġu rikonoxxuti ideat ġodda u innovattivi, u inizjattivi fl-użu ta’ teknoloġiji tal-Internet u tal-eNegozju għan-negozji u għas-soċjetà in ġenerali.  Huma jservu wkoll bħala mezz biex inkomplu nsaħħu l-involviment kontinwu tagħna mal-komunità tan-negozju.  Permezz ta’ dan, aħna qegħdin f’pożizzjoni aħjar biex nagħrfu l-ħtiġijiet u l-isfidi li qed tiffaċja soċjetà diġitali li qiegħda dejjem tikber u għalhekk niddisinjaw u nimplimentaw inizjattivi biex dawn l-isfidi jiġu indirizzati.

Iklikkja hawn għal aktar tagħrif.