• English
  • Malti

Malta Internet Governance Forum

Dwar l-MIGF

“Il-Governanza tal-Internet hija relatata mal-iżvilupp u mal-użu mill-Gvernijiet, mis-settur privat u s-soċjetà ċivili, fl-irwoli tagħhom ta’ prinċipji komuni, normi, regoli, proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u programmi li jfasslu l-evoluzzjoni u l-użu tal-Internet” is-Summit Dinji fuq is-Soċjetà tal-Informatika Diġitali (WSIS).

Il-Forum Malti dwar il-Governanza tal-Internet (MIGF) huwa forum nazzjonali li fihl-industrija, il-Gvern, l-akkademja u s-soċjetàċivili jiltaqgħu sabiex jiddiskutu l-punti ewlenin dwar l-użu tal-Internet. L-għan tal-MIGF huwa li jipprovdi forum lokali li jinkludi partijiet interessati f’dibattiti dwar kwistjonijiet differenti fuqil-governanza tal-Internet.

Jekk tixtieq tkun involut fl-MIGF jew interessat li tirċievi aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Steve Agius - Chief of Information Management & Development.